Friday, September 20, 2024

Gary Neville jippreferi lil Mauricio Pochettino bħala manager ta’ Man Utd

Aqra wkoll

L-ex captain leġġendarju ta’ Manchester United, Gary Neville, qal li jippreferi li Mauricio Pochettino jinħatar il-manager il-ġdid tar-Red Devils iktar milli Erik ten Hag.

Ten Hag hu maħsub li kellu intervista mar-Red Devils aktar kmieni din il-ġimgħa, bil-manager ta’ Ajax qed jitqies bħala l-favorit biex jieħu post Ralf Rangnick fit-tmun tal-club minn Old Trafford.

Madankollu, Pochettino għadu maħsub li jinsab sod li jieħu din il-kariga, bl-Arġentin x’aktarx iħalli lil Paris Saint-Germain fi tmiem l-istaġun 2021-22.

Neville żvela li kieku hu jagħżel lil Pochettino, li għandu esperjenza fil-Premier League wara ż-żmien li għamel ma’ Tottenham Hotspur, fuq il-favorit attwali Ten Hag.

“Personalment nagħżel lil Pochettino iżda Ten Hag huwa l-favorit massiv tal-partitarji tal-United biex imexxi lill-club ‘il quddiem. Dak jekk hija għażla ċara bejn it-tnejn,” kiteb Neville fuq Twitter.

L-ex difensur ta’ Manchester United sostna wkoll li r-Red Devils jistgħu jagħmlu avviż dwar il-coach il-ġdid tagħhom “fi żmien ġimgħa jew aktar”.

Sport