Friday, April 3, 2026

Gattuso jirriżenja minn kowċ tal-Italja wara n-nuqqas tal-Italja li tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba kosnekuttiva

Aqra wkoll

Gennaro Gattuso rriżenja minn kowċ tal-Italja nhar il-Ġimgħa hekk kif in-nuqqas ta’ suċċess tat-Tazza tad-Dinja għat-tielet darba konsekuttiva rriżulta bħala xokk fil-futbol Taljan.

Ta’ nota huwa l-fatt li t-tim nazzjonali Taljan waqa’ ferm lura minn rivali storiċi bħal Franza u Spanja fl-aħħar żewġ deċennji.

L-eks president tal-FIGC Gabriele Gravina, li rriżenja mill-karga tiegħu l-Ħamis wara nofsinhar, kien talab lil Gattuso biex jibqa’ immedjatament wara l-eliminazzjoni f’Zenica iżda r-riżenja tiegħu, u dik tal-general manager tat-tim nazzjonali Gianluigi Buffon, wittew it-triq biex Gattuso jirriżenja mill-kariga tiegħu wkoll.

Gattuso ħa t-tmexxija tal-Italja f’Ġunju tas-sena l-oħra wara t-tkeċċija ta’ Luciano Spalletti, li hu stess kien vittma ta’ difiża diżastruża tat-titlu fil-Euro 2024 u telfa ta’ 3-0 kontra n-Norveġja ta’ Erling Haaland fl-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni tagħhom għat-Tazza tad-Dinja.

Ir-rekord tiegħu huwa impressjonanti fuq il-karta, b’sitt rebħiet, telfa waħda u draw wieħed fi tmien logħbiet bi 22 goal skurjat u 10 maqlugħa.

Iżda dak id-draw ta’ 1-1 mal-Bożnija li ppreċeda penalty shoot-out fejn l-Italja falliet darbtejn, filwaqt li telfa oħra umiljanti oħra kontra n-Norveġja, din id-darba ta’ 4-1 f’San Siro xejn ma nżilu tajjeb mat-Taljani.

Gattuso kien meqjus minn ħafna bħala għażla stramba biex jieħu post Spalletti minħabba r-rekord mhux pożittiv tiegħu bħala kowċ fuq bażi ta’ klabb, u ġie kkritikat ħafna wara l-eliminazzjoni tal-Italja ta’ nhar it-Tlieta li għadda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport