Il-midfielder żagħżugħ, Gavi, jinsab ferm viċin li jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Barcelona.
Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena għamel l-avvanz fl-ewwel tim tal-club Katalan f’dan l-istaġun, fejn deher f’36 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda ħames assists fil-proċess.
F’dawn l-aħħar xhur, madankollu, kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tal-player internazzjonali ta’ Spanja, peress li l-ftehim attwali tiegħu fil-Camp Nou għandu jiskadi f’Ġunju tal-2023.
Manchester City u Liverpool it-tnejn huma maħsuba li huma lesti li joffru salarju sostanzjali lil Gavi biex imur jilgħab fil-Premier League.
Madankollu, iż-żewġ clubs tal-Premier League ġew infurmati li ż-żagħżugħ se jiffirma kuntratt ġdid fit-tul ma’ Barcelona.
Il-ftehim ġdid ta’ Gavi se jkollu klawsola ta’ release ta’ €1bn, u b’hekk se jsir wieħed mill-aktar players żgħażagħ imħallsa fil-football dinji.
Il-player Spanjol skorja żewġ goals u pprovda ħames assists f’25 dehra fil-La Liga dan l-istaġun, u lagħab l-aħħar 16-il minuta tar-rebħa ta’ 1-0 tal-Ħadd fuq Sevilla fil-Camp Nou.