Ilbieraħ saret l-operazzjoni tal-midfielder żagħżugħ Spanjol Gavi fi sptar f’Barcellona. Hu kien weġġa’ mat-tim nazzjonali Spanjol fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024 kontra l-Georgia.
It-tabib Joan Carles Monllau stqarr li l-plejer irrisponda tajjeb għal din l-operazzjoni għalkemm issa għandu barra bejn tmien u disa’ xhur.
Barcellona FC awguraw lil Gavi fi stqarrija li ħarġu u jinsabu ħerqana sabiex jaraw lura fil-grawnd.