Il-midfielder Spanjol, Gavi, rrifjuta t-tielet proposta ta’ kuntratt mingħand Barcelona.
Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena għamel l-avvanz fl-ewwel team fil-Camp Nou dan l-istaġun, fejn deher f’35 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja żewġ goals u pprovda ħames assists fil-proċess.
Gavi daħal fl-aħħar 18-il xahar tal-kuntratt tiegħu ma’ Barcelona, iżda, u t-team Katalan qed jitħabat biex jasal għall-ftehim miegħu dwar estensjoni.
Rapport riċenti sostna li l-player internazzjonali ta’ Spanja huwa konxju li jista’ jirċievi salarju ferm ogħla billi jmur jilgħab fil-Premier League, b’Chelsea u Liverpool it-tnejn ħerqana li jakkwistawh.
Huwa mifhum li Gavi issa rrifjuta t-tielet offerta ta’ kuntratt mingħand Barcelona, u l-club mil-La Liga mhux lest li jżid is-salarju li bħalissa jinsab fuq il-mejda.
Il-midfielder, li ilu mal-club attwali tiegħu sa mill-età ta’ 11-il sena, se jkun liberu li jinnegozja kuntratt ma’ clubs barranin f’Jannar li ġej jekk ma jiffirmax estensjoni fil-Camp Nou.
Gavi skorja żewġ goals u pprovda ħames assists f’24 dehra fil-La Liga matul dan l-istaġun.