Hekk kif ir-rikors ġudizzjarju ta’ Barcelona biex jirreġistraw lill-plejer tagħhom Gavi ġie rrifjutat, diversi ġurnali Spanjoli qed jgħidu li dan iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena jista’ jitlaq lil Blaugrana bħala aġent ħieles.
It-tim Katalan żgur li ma jridx dan kollu u jixtieq jirreġistrah bħala plejer professjonali, xi ħaġa li huma għamluha m’ilux iżda minħabba xi problemi finanzjarji, dan l-obbligu tneħħa.
Gavi spikka ferm fit-tim immexxi minn Xavi tant li lagħab 59 partita magħhom u skorja tliet gowls.