Barcelona laħqu ftehim biex jiġġedded il-kuntratt ta’ Gavi, li se jiffirma sal-istaġun 2026 u se jkollu klawsola ta’ €1biljun.
It-tħabbira tat-tiġdid tal-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 18-il sena mistennija tiġi mħabbra il-Ħamis mar-ritorn tat-team minn Munich wara l-logħba mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League kotnra Bayern.
Fl-aħħar xhur, Gavi sar parti essenzjali mill-midfield tat-team Katalan, tant li saħansitra qed jintgħażel fil-formazzjoni inizjali mill-coach Xavi.