Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Barcelona Gavi jinsab fir-radar ta’ Chelsea hekk kif dan l-aħħar bagħtu xi scouts sabiex jarawh fl-azzjoni. Il-Blues huma lesti li joħorġu £50 miljun għalih.
Gavi għandu kuntratt mal-Katalani sas-sena 2030 u hu meqjus bħala plejer prodott tal-klabb meta ħareġ mill-akkademja tant magħrufa ta’ La Masia.
Min-naħa tiegħu, il-kowċ Hansi Flick ma tantx jinsab kuntent b’dan l-interess hekk kif jixtieq iżommu miegħu.