Saturday, December 21, 2024

Gavi segwit minn bosta clubs

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain ingħaqdu ma’ Liverpool u Chelsea fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Barcelona, Gavi.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa prospetti fil-football Ewropew bħalissa, wara li gawda minn staġun mill-aqwa ma’ Barcelona u kiseb ukoll l-ewwel dehriet tiegħu għal Spanja.

Barcelona identifikaw lil Gavi bħala wieħed mill-players tagħhom li ma jistgħux jinbiegħu, iżda huwa għandu klawsola ta’ release ta’ €50m fil-kuntratt tiegħu u huwa mifhum li qed jiġbed l-interess minn għadd ta’ timijiet.

Il-ġganti tal-Premier League Liverpool u Chelsea t-tnejn kienu marbuta b’mod qawwi ma’ offerta għaż-żagħżugħ, u PSG issa rreġistraw l-interess tagħhom ukoll.

Il-club Franċiż ma jkollu l-ebda problema biex jonora l-klawsola ta’ release ta’ Gavi, u jkunu wkoll lesti u kapaċi jirbħu kull offerta ta’ kuntratt li Barcelona jpoġġu fuq il-mejda.

Barca huma mifhuma li poġġew it-taħditiet dwar ftehim ġdid għal Gavi sospiżi sas-sena l-ġdida, għalkemm jibqgħu kunfidenti li se jiftiehmu rigward termini ġodda mal-midfielder. Gavi, li l-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou jiskadi fl-2023, sar it-tielet l-iżgħar skorer tal-club ta’ kull żmien b’goal fir-rebħa ta’ Barcelona kontra Elche lbieraħ filgħaxija

Ekonomija

Sport