Friday, December 27, 2024

Gavi segwit minn Manchester United, Liverpool u Chelsea

Aqra wkoll

Manchester United, Liverpool u Chelsea huma fost numru ta’ clubs elite Ewropej li qed iżommu taħt ħarsithom is-sitwazzjoni tal-kuntratt ta’ Gavi ma’ Barcelona.

L-istilla ta’ 17-il sena, li stabbilixxa ruħu bħala player regolari tal-ewwel team dan l-istaġun, se jkun qed jara l-ftehim attwali tiegħu fil-Camp Nou jiskadi f’Ġunju 2023.

Filwaqt li l-president ta’ Barcelona Joan Laporta issuġġerixxa li t-tiġdid tal-kuntratt kemm għal Gavi kif ukoll għal Ronald Araujo mhumiex qrib bħalissa, il-coach Xavi qal lill-media l-ġimgħa li għaddiet li din hija biss “kwistjoni ta’ żmien” qabel ma ż-żewġ players jimpenjaw il-futur tagħhom mal-club.

Huwa mifhum li Gavi jinsab ħerqan li jibqa’ ma’ Barcelona iżda n-negozjati bejn ir-rappreżentanti tal-player u l-club jinsabu “mwaħħlin”, fatt li gibed l-għajn ta’ diversi timijiet ewlenin Ewropej.

Manchester United, Liverpool u Chelsea, flimkien ma’ Bayern Munich u Paris Saint-Germain, huma kollha interessati fil-midfielder, filwaqt li Manchester City mhumiex fit-tellieqa għall-firma tiegħu.

Gavi huwa maħsub li għandu klawsola ta’ release ta’ €50m fil-kuntratt attwali tiegħu, li se tiżdied għal €100m fl-1 ta’ Lulju li ġej.

Ekonomija

Sport