Monday, February 9, 2026

Gawdu l-futbol imma fl-istess ħin aħdmu iebes u isimgħu dejjem mill-kowċis tagħkom – Mailson Lima Duarte Lopes

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħel lejn il-futbol?

Dejjem kont inħobb il-futbol. Kont nixxuttja l-ballun qabel ma stajt nimxi, allura naħseb li ġie kollox b’mod naturali!

Kif ġejt tilgħab f’Malta?

Kont ili ma nilgħab għal sitt xhur, allura ħsibt li kieku nilgħab ma’ Hibernians fil-kampjonat Malti, il-karriera tiegħi kienet se terġa’ tingħata spinta.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Hibernians FC.

Nista’ biss nitkellem tajjeb dwar il-klabb, aħna familja, kulħadd magħqud, naħdmu ħafna u nippruvaw niksbu l-massimu possibbli.

X’tikkummenta dwar il-kowċ, Branko Nisevic?

Dwar il-kowċ Branko Nisevic nista’ ngħid li huwa kowċ kalm li jmexxi l-grupp b’mod tajjeb, l-uffiċċju tiegħu huwa dejjem miftuħ jekk trid titkellem dwar xi ħaġa.

U fuq il-kumitat tal-Pawlisti?

Nitkellem l-aktar ma’ Jesmond Abela, it-Team Manager, li miegħu għandi relazzjoni tajba.

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti?

Naħseb li l-futbol Malti qed jiżviluppa b’mod tajjeb b’barranin aħjar ġejjin, Maltin b’esperjenza u talenti żgħażagħ li qed joħorġu jiksbu ċ-ċansijiet li jilagħbu.

U dwar ir-riżorsi (stadia) fejn tilagħbu l-logħob uffiċjali tagħkom?

L-istadia li fihom nilagħbu għandhom grawnds tajbin. Bħalissa, it-Tony Bezzina Stadium mhuwiex f’kundizzjoni tajba minħabba t-temp u l-ammont ta’ logħob li jintlagħab fih.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Tgħallimt li fil-futbol ma tistax tħares ‘il quddiem wisq u tippjana. Għalhekk għalissa rrid nieħu gost nilgħab ma’ Hibernians u ngħin lill-klabb itemm dan l-istaġun bir-rebħ tal-unuri!

Għaddi messaġġ finali lil kull min jixtieq jagħmel karriera ta’ success fil-futbol.

Naħseb li għall-plejers żgħażagħ ngħidilhom igawdu l-futbol imma fl-istess ħin aħdmu iebes, u isimgħu dejjem mill-ġenituri u l-kowċis tagħkom!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport