Pumpiera mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu involuti f’ħidma biex jikkontrollaw nirien f’ġelaterija fi Triq Gort San Ġiljan.
Il-każ seħħ aktar kmieni għall-ħabta tat-8:30 a.m u minnufih issejjaħ tim mediku biex jagħti l-ewwel assistenza.

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li n-nirien kienu kkawżati minn ħsara fis-sistema tal-elettriku.
Fortunatament in-nirien kienu kontrollati ftit tal-ħin wara u ħadd ma sofra ġrieħi f’dan l-inċident.