Tuesday, December 24, 2024

“Ġenerożità kbira mill-Maltin… familjari ta’ marti għażlu li jibqgħu l-Ukrajna biex jiddefendu l-pajjiż”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Dan is-sit tkellem ukoll ma’ Orlando Bonniċi, persuna li fl-aħħar jiem kien intalab mis-Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, it-tabib Malcolm Paul Agius biex tiġi kordinata attivata ta’ ġbir ta’ għajnuna umanitarja biex tmur fl-Ukrajna.

Orlando Bonniċi qalilna li “jien kont ġejt avviċinat mis-sindku  ta’ Ħaż-Żebbuġ . Hu kien qed isegwi dak li kien qed jiġri u xtaq jgħin bħala kunsilll u bħala tabib. Ra li jien kont attiv għax il-mara tiegħi hi IUkrena. Spjegali li fid-19 ta’ Marzu f’Ħaż-Żebbuġ kien se jkun hemm attivitaà u xtaqt li dakinhar tiġi kordinata attività ta’ għajnuna għall-Ukrajna”.

Orlando qalilna li “rajna x’għandhom bżonn f’dik li hi għajnuna, fejn minħabba l-kesħa  l-aktar li hemm bżonn hu ikel li jservi għat-tul u bandages  fost oħrajn. Ngħid li kien hemm rispons tajjeb ħafna, tant li kelli nagħmel avviz li mhux se nilqgħu aktar affarijiet għax l-kunsill ġie mifqugħ u ma kienx hemm post aktar. Issa sibna alternattiva fejn naħżnu l-affarijiet u se niġbru ukoll fid-19 ta’ Marzu biex imbagħad kollox lejn l-Ukrajna.”

“Il-familjari tal-mara huma fil-militar u baqgħu hemm biex jiddefendu l-pajjiż”

Nistaqsu dwar il-familjari tal-mara tiegħu u jekk dawn kienu rilokati lejn Malta jew jekk kienux fil-proċess  li jagħmlu dan. Olando jgħidilna li “s-sitwazzjoni il-familjari tal-mara hi li dawn għadhom l-Ukrajna. Dawn ma ħarbux. Huma joqogħdu f’Lviv li hi qrib il-fruntiera mal-Polonja. Il-familjari tagħha huma fil-militar u allura għażlu li jiġġieldu. Ħuha hu maġġur u l-familja fejn iżżewweġ ħuha qegħdin fl-armata ukoll. Għażlu li jiddefendu l-pajjiż. In-nisa u t-tfal marru f’villaġġ viċin il-fruntiera. Dak li qegħdin naraw fuq it-televiżjoni hi realtà. Nitkellmu magħhom regolarment. Kellha xi farmiljari li jinsabu f’Kharkiv fejn dawn spjegaw kif raw suldati Russi mejtin u suldati Ukreni mejtin mgħottijin. Lanqas temmen li fis-sena 2022 f’pajjiż Ewropew tara dawn ix-xeni”, temm jgħidilna Orlando. 

Ekonomija

Sport