Sunday, June 15, 2025

Gennaro Gattuso kowċ ġdid tal-Italja

Aqra wkoll

Gennaro Gattuso nħatar kowċ il-ġdid tal-Italja nhar il-Ħadd u se jkollu l-kompitu li jgħin lill-Azzurri jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja tal-2026 wara li ħa post Luciano Spalletti.

Il-plejer ta’ 47 sena kien parti mit-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 u lagħab 73 logħba mat-tim nazzjonali bħala plejer.

Il-federazzjoni Taljana tal-futbol (FIGC) qalet li Gattuso se jiġi ppreżentat lill-media nhar il-Ħamis li ġej.

“Gattuso huwa simbolu tal-futbol Taljan,” qal il-president tal-FIGC Gabriele Gravina.

“Il-flokk blu huwa sinonimu miegħu. Il-motivazzjoni tiegħu, il-professjonaliżmu tiegħu u l-esperjenza tiegħu se jkunu essenzjali.

“Huwa konxju tal-importanza tal-objettiv li rridu niksbu. Nirringrazzjah għad-dedikazzjoni totali li biha aċċetta din l-isfida.”

L-Italja, li rebħet erba’ darbiet it-titlu ta’ champion, ma rnexxilhiex tikkwalifika għall-aħħar żewġ Tazzi tad-Dinja u bdiet it-tentattiv tagħha li tilħaq it-turnew tas-sena d-dieħla fl-Amerika ta’ Fuq b’telfa ta’ 3-0 kontra n-Norveġja l-ġimgħa li għaddiet.

Gattuso huwa kowċ b’esperjenza u kien l-aħħar wieħed li kien inkarigat mill-klabb Kroat Hajduk Split, fejn għenhom jikkwalifikaw għall-UEFA Conference League tal-istaġun li ġej.

Il-klabbs l-oħra li lagħab miegħu jinkludu lil AC Milan, li għalihom lagħab 468 darba bħala plejer, Napoli, Valencia u Marseille.

L-Italja jmissha tkun fl-azzjoni fil-Grupp I tal-kwalifikazzjoni b’logħbiet kontra l-Estonja u l-Iżrael f’Settembru.

Spalletti tkeċċa wara t-telfa kontra n-Norveġja, u r-rebħa tat-Tnejn kontra l-Moldova kienet l-aħħar logħba tiegħu inkarigat.

L-Italja tilfet it-Tazza tad-Dinja tal-2018 fir-Russja wara li tilfet play-off kontra l-Iżvezja u mbagħad ma rnexxilhiex tikkwalifika għall-finali tal-2022 fil-Qatar, u sofriet eliminazzjonixokkanti mill-play-offs kontra l-Maċedonja ta’ Fuq.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport