Bosta ġurnali Kroati qed ifaħħru lill-kowċ Taljan Gennaro Gattuso li qed jixpruna lill-klabb tiegħu Hajduk Split b’rebħa wara l-oħra. Fil-fatt it-tim minn Split rebaħ 4-0 lil Sibenik b’gowls ta’ Ivan Rakitic, Ivan Durdov, Anthony Karik u Marko Livaja. Din kienet is-sitt rebħa staġjonali għal Hajduk Split li qed igawdu vantaġġ ta’ punt fuq l-eqreb rivali tagħhom Rijeka.
L-istess gazzetti qalu li Gattuso hu motivatur kbir u ħafna affarijiet pożittivi ġejjin għal dan il-klabb rinomat.
Sadanittant l-istess Gattuso kien magħżul bħala l-kowċ ta’ Settembru 2024 mill-federazzjoni Kroata.