Genoa u Sampdoria weħlu żewġ partiti mingħajr spettaturi wara li kien hemm xi ġlied bejn iż-żewġ settijiet ta’ partitarji waqt il-partita mill-Coppa Italia.
Jidher li ż-żewġ gruppi ta’ partitarji serqu l-istrixxuni ta’ xulxin u qabel il-partita qabdu jiġġieldu barra Stadio Luigi Ferraris.
Sampdoria rebħu din il-partita 6-5 wara l-għoti tal-penalties, bl-iskor fil-ħin regolamentari jintemm 1-1 fejn Andrea Pinamonti kien poġġa lil Genoa minn fuq sabiex Fabio Borini ġab l-iskor indaqs għal Sampdoria.