Genoa jinsabu viċin li jħabbru l-wasla tal-ex difensur ta’ Napoli, Nikola Maksimovic.
Il-player ta’ 29 sena ħalla l-Partenopei meta l-kuntratt tiegħu skada f’Ġunju, wara li għamel erba’ snin ma’ Napoli.
Huwa ngħaqad ma’ Napoli mingħand Torino f’Lulju 2017 u qatta’ sitt xhur b’self ma’ Spartak Moscow matul iż-żmien tiegħu mal-Azzurri.
Id-difensur ċentrali ma ġiex offrut ftehim ġdid fi Stadio Diego Maradona u jidher li se jingħaqad ma’ Genoa bħala free agent dan ix-xahar.
Id-difensur wasal fis-Synlab II Baluardo f’Genoa biex iwettaq it-testijiet mediċi tiegħu qabel ma jiffirma ftehim mal-Partenopei.