Saturday, May 18, 2024

George Degiorgio jingħata €10,000 kumpens fuq ksur tal-privatezza

Aqra wkoll


George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż ingħata kumpens ta’ €10,000 wara li l-Qorti sabet li d-dritt għall-privatezza tiegħu u tal-familja kienu miskura minn interċettazzjoni ta’ telefonata mhux awtorizzata mis-Servizzi Sigrieta Maltin. 

George, li flimkien ma’ ħuh Alfred qed jistennew li jgħaddu ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ikkontesta l-validità tal-liġijiet fejn jidħlu interċettazzjonijiet tal-mobile, li l-awtoritajiet kienu jżommu kontrolli fuqu.

It-Tlieta, il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Toni Abela, ddeċidiet li s-Servizzi Sigrieta Maltin kisru d-drittijiet ta’ George Degiorgio għall-privatezza, iżda sabet li d-dritt tiegħu għal smigħ xieraq quddiem il-Qorti ma ġiex miksur. 

L-Imħallef Abela ordna lill-avukat tal-istat u l-Kap tas-Servizzi Sigrieti Maltin iħallsu s-somma ta’ €10,000 f’danni. Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ġie lliberat minħabba li kien meqjus mill-Qorti li m’għandux każ li kellu jwieġeb għalih. 

Degiorgio kien assistit mill-Avukat William Cuschieri.

Sport