Wednesday, October 30, 2024

George Russell jirbaħ l-isprint tal-Grand Prix tal-Brażil

Aqra wkoll

George Russell qal li r-rebħa tiegħu fit-tiġrija tal-isprint tal-Grand Prix ta’ Sao Paulo kienet “tragward” għall-Mercedes – u li hu u Lewis Hamilton se jaħdmu flimkien biex jippruvaw jirrepetuha fil-Grand Prix tal-Ħadd.

Ir-rebħa ta’ Russell f’Interlagos nhar is-Sibt kienet l-ewwel waħda tal-Mercedes din is-sena, li fil-biċċa l-kbira tagħha l-karozza ma kinitx kompetittiva u ma setgħetx tisfida għar-rebħ tat-titlu.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena stqarr li kien sorpriż li seta’ jegħleb lil Max Verstappen tar-Red Bull – l-ewwel darba li xi ħadd għamel dan fi sfida diretta maċ-champion tad-dinja … bl-aħħar waħda tkun f’Lulju li għadda meta  Charles Leclerc tal-Ferrari rebaħ il-Grand Prix tal-Awstrija f’Lulju li għadda.

Hamilton spiċċa t-tielet  f’din l-isprint wara Carlos Sainz tal-Ferrari iżda se jibda t-tieni flimkien ma’ Russell fuq l-ewwel filliera għall-Grand Prix tal-Ħadd hekk kif l-Ispanjol għandu penali tal-grid talli uża wisq partijiet tal-magni.

Verstappen spiċċa fir-raba’ post u se jikklassifika t-tielet fil-grid.

Russell qal li r-rebħa tiegħu enfasizzat kemm il-Mercedes għamlet progress mill-bidu tal-istaġun, b’paragun mal-ewwel sprint lura fil-Grand Prix tal-Emilia Romagna f’April, li hu u Hamilton spiċċaw fil-11 u l-14-il post rispettivament.

Sport