Ħareġ l-aħħar bullettin mediku fuq il-kundizzjoni fiżika tal-player ta’ Roma Georginio Wijnaldum li weġġa’ serjament u jista’ jirritorna għal-logħob għas-sena d-dieħla. Din kienet daqqa ta’ ħarta għall-player ta’ 31 sena li hu misluf lil Giallorossi mingħand Paris St Germain minħabba li se jkollu jitlef it-Tazza tad-Dinja li ġejja mat-team nazzjonali Olandiż.
S’issa hu deher f’logħba waħda biss fil-kampjonat u ħafna qalu li x-xorti xejn ma messietu sabiex jambjenta ruħu iktar fil-belt kapitali Taljana.