Roma ġew offruti lil Georginio Wijnaldum, li tpoġġa fuq il-lista tat-trasferiment minn Paris St-Germain, iżda l-pagi għoljin tiegħu jistgħu jkunu problema.
Il-midfielder Olandiż ingħaqad mal-ġganti Franċiżi fis-sajf li għadda bi trasferiment ħieles iżda diġà seta’ jitlaq wara sena biss, u naqas milli jagħmel impressjoni qawwija fuq il-coach il-ġdid, Christophe Galtier.
PSG poġġew għall-bejgħ lill-eks player ta’ Newcastle u Liverpool u Roma huma wieħed mill-clubs li ssemmew biex jirreġistraw l-interess tagħhom.
Roma huma interessati li jagħmlu mossa għal Wijnaldum iżda anke ftehim ta’ self b’għażla ta’ xiri mehmuża ma jkunx faċli li sseħħ meta wieħed iqis il-paga li bħalissa huwa jaqla’ mingħand il-Pariġini.
L-Olandiż jitħallas kważi €9 miljun nett kull staġun sal-2024, ċifri li l-Giallorossi ma jistgħux iħallsu.