Id-direttur sportiv ta’ Juventus Cristiano Giuntoli qed isegwi b’attenzjoni l-profil tal-plejer ta’ nofs il-grawnd mill-Ukrajna Sudakov. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u bħalissa reġistrat fuq il-kotba ta’ Shaktar Donetsk. Ma’ dan it-tim hu lagħab 49 partita u skorja għaxar gowls.
Ħafna qed jgħidu li Sudakov jista’ jkun il-werriet ta’ Angel di Maria li ħalla lill-Bianconeri sabiex ingħaqad ma’ Benfica. Hu lagħab ukoll seba’ darbiet mat-tim nazzjonali tal-Ukrajna.