Diriġenti ta’ Manchester United qed jitkellmu ma’ dawk ta’ Sporting Lisbon sabiex jakkwistaw lit-talent bl-isem ta’ Geovany Quenda. Dan tal-aħħar għandu 17-il sena u hu mill-Portugall. Hu għandu kuntratt mal-ġgant Portugiżi sa Settembru 2027 iżda r-Red Devils huma lesti jħallsu l-klawsola li hemm fil-kuntratt li tiswa €45 miljun.
Quenda diġa’ lagħab 11-il logħba mat-tim minn Lisbona fejn anke skorja gowl.