Sar magħruf li d-difensur veteran Gerard Pique se jkun qed jirrinunzja għal aktar minn €50 miljun f’salarji hekk kif se jkun qed idendel iż-żarbun tal-futbol fi tmiem il-ġimgħa li ġej hekk kif se jilgħab l-aħħar logħba ma’ Barcellona.
Pique għandu 35 sena u lagħab 396 partita mal-Katalani filwaqt li skorja 29 gowl.
Pique se jkun qed jitlef il-bqija mid-€29 miljun f’salarju għall-kumplament ta’ dan l-istaġun u €40 miljun oħra li kieku baqa’ jilgħab.