Saturday, December 21, 2024

Ġermaniż ħa mad-90 doża tal-vaċċin biex ibigħ iċ-ċertifikati lil dawk kontra t-tilqim

Aqra wkoll

Ġermaniż ta’ 60 sena mill-belt ta’ Magdeburg, inqabad mill-pulizija wara li allegatament ħa 90 doża tal-vaċċin tal-COVID-19 sabiex ibigħ kartun ffalsifikati li fih jitniżżlu bħala prova l-evidenza tat-teħid tal-vaċċin — lil dawk il-persuni li ma jridux jieħdu l-vaċċin.

Bosta Ġermaniżi li m’aċċettawx ir-realtà tal-COVID-19 qed jirrifjutaw li jieħdu l-vaċċin, minkejja li kienu jeħtieġu ċertifikat tal-vaċċin sabiex ikunu jistgħu jiffrekwentaw postijiet pubbliċi bħal restoranti, teatri, swimming pools u saħansitra biex imorru fuq il-post tax-xogħol.

Dan ir-raġel għal xhur sħaħ iffrekwenta numru ta’ ċentri tal-vaċċini fis-Sassonja. Huwa twaqqaf f’ċentru tal-vaċċin fil-belt ta’ Eilenburg fis-Sassonja wara li mar hemmhekk jumejn fuq xulxin sabiex jingħata t-tilqima tal-COVID-19. Ir-raġel bħalissa jinsab investigat fuq suspett ta’ dokumenti ffalsifikati.

F’dawn l-aħħar xhur, il-pulizija Ġermaniża għamlet diversi tfittxijiet b’rabta mal-falsifikazzjoni taċ-ċertifikati tal-vaċċin.

Ekonomija

Sport