Turist ta’ 26 sena li saq mutur fil-Pieta’ ġie mmultat mill-Qorti €1,200. Dan wara li l-Qorti barra li sabtu ħati li ma’ kienx liebes b’mod diċenti waqt li qed isuq, instab ħati wkoll li kien qed isuq b’mod traskurat.
Amine El Makhfi, ċittadin Ġermaniż kien qegħed btala f’Malta.Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Ian Vella spjegat kif fuq il-midja soċjali ġie imxandar filmat li juri raġel isuq mutur mingħajr ħwejjeġ, liema raġel jirriżulta li kien l-imputat
Ingħad ukoll li mill-investigazzjoni li wettqet il-Pulizija, dawn għamlu kuntatt mas-sid tal-mutur u sid il-mutur pprovda d-dettalji lil miin kien krieh.
Il-Prosekuzzjoni enfasizzat li Makhfi ikkoopera bi sħiħ mal-pulizija u deher fl-għassa tal-pulizija minn jeddu. Id-Difiża infurmat lill-qorti li r-raġel kien qed jiskuża ruħu għall-imġieba tiegħu.
L-avukat tal-għajnuna legali Ingrid Zammit Young żiedet li r-raġel ma kienx jaf li f’Malta kien ipprojbit li tkun mingħajr flokk. Hija spjegat ukoll li l-imputat kien se jħalli Malta u jmur lura pajjiżu nhar il-Ħadd.
Il-Qorti pproseduta miill-Maġistrat Noel Bartolo, sabet lir-raġel ħati bl-ammissjoni tiegħu stess, immultatu ftit aktar minn €1,200 u skwalifikatu l-liċenzja għal perjodu ta’ sitt xhur