Ġermaniż ta’ 33 sena ammetta quddiem il-Qorti għal akkużi miġjuba kontrih li kkawża ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu wara li kien fis-sakar.
Kienet l-avukata legali tal-akkużat, Martha Mifsud li qalet li r-raġel wettaq dak li werraq għax kien fis-sakra u hu stess jammetti li għandu l-vizzju tax-xorb. L-avukata qalet li l-klijent tagħha mhux raġel ħażin, iżda għandu l-problema tal-alkoħol u anke rabja u għalhekk waslu għal dan l-inċiden
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ikkopera bis-sħiħ magħhom. Fil-Qorti ntqal li l-akkużat x’ħin ġie arrestat kien xurban waħda sew.
Kien hawn li l-prosekuzzjoni u l-avukat tad-difża qablu li m’għandux jingħata l-piena massima, iżda għandu jingħata l-għajnuna.
Il-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li l-każ jiġi deċiż nhar il-Ħamis, 27 ta’ April.