Monday, July 15, 2024

Ġermaniż ta’ 14-il sena fil-periklu tal-mewt f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Tifel Ġermaniż ta’ 14-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4.45pm ntlaqat minn Dacia Logan li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 59 sena residenti r-Rabat.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li huma ġew informati b’dan l-inċident tat-traffiku li kien seħħ fi Triq Sant’ Andrija, is-Swieqi.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport