Saturday, June 21, 2025

Ġermaniża tmut wara li l-Ħamis li għadda ntlaqtet minn karozza

Aqra wkoll

Il-mara Ġermaniża ta’ 57 sena li l-Ħamis li għadda ntlaqtet minn karozza fil-Furjana, tilfet ħajjitha fl-Isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:15 p.m., f’Xatt Pinto fil-Furjana. Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza, misjuqa minn raġel ta’ 52 sena li jgħix Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post kien issejjaħ tim mediku u ttieħdet l-isptar. L-inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport