Il-Kummissarju tat-Taxxi jinforma li waqt l-istampar taċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa ġew stampati u impustati 1,000 ċekk doppju.
952 minn dawn iċ-ċekkijiet ġew indirizzati lil persuni li joqogħdu Marsaxlokk u 48 lil persuni li joqogħdu Ħaż-Żebbuġ.
Fil-ġranet li ġejjin dawn il-persuni ser jiġu kkuntattjati permezz ta’ ittra biex jiġi indikat lilhom liema hu ċ-ċekk li nħareġ bi żball sabiex dawn jiġu rritornati.
Il-banek diġà ġew infurmati biex jinbeda l-istop payment fuq dawn iċ-ċekkijiet.