Friday, December 13, 2024

Ġewwa l-Awstralja eluf ta’ infermiera joħorġu fuq strike

Aqra wkoll

Ġewwa l-Awstralja eluf ta’ infermieri ħarġu fuq strike bħala protesta kontra n-nuqqas ta’ ħaddiema fl-isptarijiet u pagi staġnati. Din il-protesta saret minkejja li l-kummissjoni għar-relazzjonijiet industrijali talbet biex dan l-istrike ta’ jseħħx.

Din kienet l-ewwel azzjoni industrijali mill-infermiera ġewwa l-Awstralja f’dawn l-aħħar għaxar snin. 

Il-varjant Omicron wassal għal żieda sostanzjali fil-każijiet ta’ Covid-19 u dan beda jitfa’ iktar pressjoni fuq is-sistema tas-saħħa, bl-infermiera jkollhom ikampaw taħt pressjoni kbira. 

Il-maġġoranza assoluta tal-każi ta’ Covid-19 ġewwa l-Awstralja qed ikunu rreġistrati ġewwa New South Wales (NSW). Kien għalhekk li eluf ta’ infermieri u ħaddiema oħrajn tas-saħħa ħarġu jipp­rotestaw fit-toroq ta’ Sydney li hija l-ikbar belt popolata ta’ NSW. 

Ekonomija

Sport