Saturday, December 21, 2024

Ġewż, lewż qastan tin… Kemm inħobbu lil San Martin 

- Iċċelebrata l-festa ta’ San Martin fil-Baħrija

Aqra wkoll

Ma nistgħux ngħidu li fi tmiem dan il-ġimgħa għamel “is-Sajf ta’ San Martin” iżda t-temp xorta ppermetta biex fl-irħajjel tal-Baħrija illum ġiet iċċelebrata l-festa lil dan il-qaddis fost ħafna tradizzjonijiet: bejn dawk assoċjati mal-ikel u l-fiera tradizzjonali . . . . u tifkira tal-ġest ta’ solidarjetà li San Martin għamel mal-foqra.

Ġewż, lewż qastan tin … kemm inħobbu lil San Martin. Din hija t-taqbila assoċjata mal-festi maħbuba mal-Maltin fil-Ħarifa li tiġi ċċelebrata fl-10 ta’ Novembru jew l-eqreb Ħadd għal din il-ġurnata.

L-irħajjel tal-Baħrija fil-limiti tar-Rabat fejn San Martin hu l-qaddis patrun ta’ din il-komunità kien miżgħud b’familji, tfal, żgħażagħ u turisti li mlew iż-żona biswit il-knisja fejn saret il-fiera tradizzjonali.

Mal-ikel tradizzjonali, abbundanza ta’ ġewż, lewż, qastan u t-tin li Maltin xtraw kemm biex inaqqru dak il-ħin jew biex jeħduhom id-dar u jinkluduhom fl-ingredjenti għat-Torta ta’ San Martin u l-Ħobż ta’ San Martin. Ġibed l-interess ta’ ħafna l-qastan imsajjar fuq in-nar fil-miftuħ. Oħrajn ġeddew il-memorji tat-tfulija meta l-fiera ta’ San Martin kienet iċċentrata fuq ir-rebħ ta’ ħrief, dundjani u fniek.

Ekonomija

Sport