Friday, March 29, 2024

“Għad hawn bullies li l-maskra tagħhom taqa’ wara keyboard”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Jiena nikkundanna kull tip ta’ mibegħda u attakki fuq persuni b’diżabbiltà. Sfortunatament għadek issib bullies fejn il-maskra taqa’ wara l-keyboard u sa minn kmieni din is-sena stess rajna lil min uża dan in-nuqqas fil-liġi biex mingħalih ikun bully”, żiedet telabora l-Ministru Farrugia Portelli waqt id-diskors tagħha fil-parlament.

Hawnhekk fakkret dwar il-każ ta’ Raisa li ftit tax-xhur ilu biss għajruha handicap, weġġugħa u intant l-aggressuri ma jistgħux jiġu mfittxija rigward reat ta’ mibegħda għax ma jeżistix għall-persuni b’diżabbiltà. 

Fakkret ukoll meta ftit qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien hemm min ħaseb li ma fiha xejn li tgħajjar b’diżabbiltà. Dan hekk kif beda jdur meme ta’ billboard b’wiċċ il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscar u wiċċu biddluh ma dak ta’ persuna b’Down Syndrome.

Fakkret fl-aktar każ riċenti fejn id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar pruvaw iweġġugħ minħabba d-diżabbiltà tiegħu u għal darba oħra ma seta’ jsir xejn.

Ma setgħetx tagħlaq mingħajr ma tfakkar l-kampanja elettorali tal-Psewdo-Politiku Norman Lowell li kien iddemonizza lil dawn il-persuni u lill-familji tagħhom meta qal li tarbija b’diżabbiltà tista’ tinqatel anke wara li titwieled. Hija kkwotat dak li kien qal fejn qal li “Xi ħaġa sabiħa i tmur f’villaġġ mimli b’village idiots? Min irid il-persuni b’diżabbiltà? Ħadd ma jridhom.”

Ekonomija

Sport