Sunday, December 22, 2024

Għada jitfakkar il-Jum Dinji tat-Tfal

Aqra wkoll

Għada d-dinja se tkun qiegħda tfakkar il-Jum Dinji tat-Tfal, fejn f’pajjiżna dan il-jum jiġi mfakkar b’diversi attivitajiet. Matul din il-ġimgħa saru diversi attivitajiet fl-iskejjel madwar il-pajjiż.

L-oriġini ta’ dan il-jum beda fl-1857 mir-Rev. Dr. Charles Leonard fejn kien ħaseb biex jiddedika jum li fih jitfakkru t-tfal. Kien semma dan il-jum bħala “Rose Day” u li aktar tard biddel l-isem għal Flower Sunday.

Meta beda jiġi ċċelebbrat dan il-jum fl-Istat Uniti kien ġie deċiż li jsir fit-Tieni Ħadd ta’ Ġunju.

Fl-1920 il-Gvern Tork kien ħa din l-idea u ddikjara t-23 t’April bħala festa pubblika li fih jitfakkar il-Jum tat-Tfal. Però minkejja li dan il-jum kien jiġi ċċelebbrat fit-Turkija, uffiċjali tal-Gvern kienu ndunaw li dan ma kienx sar b’mod uffiċjali u għalhekk fl-1929 kienu talbu lill-President Tork Mustafa Kemal Atatürk biex uffiċjalment jiddikara din il-ġurnata bħala il-Jum Dinji tat-Tfal.

Minkejja li fl-1954 il-Ġnus Magħquda bdiet tfakkar dan il-jum ukoll, kien fl-20 ta’ Novembru tal-1959 meta l-Assembleja Ġenerali tal-istess Ġnus Magħquda ddikjarat dan il-jum bħala l-Jum Universali tat-Tfal.

Ekonomija

Sport