Wednesday, June 18, 2025

Għada l-finali ta’ Miss World f’Talagana, l-Indja

Martine Cutajar se tirrapreżenta lil Malta

Aqra wkoll

Mija u għoxrin tfajla minn madwar id-dinja qegħdin jieħdu sehem fit-72 edizzjioni ta’ Miss World 2025 biex waħda min dawn il-parteċipanti jkunu biċ-ċans li tiġi inkurunata fil-finali li ħa ssir ġewwa Telangana, l-Indja. Fosthom hemm rappreżentata Maltija, Martine Cutajar. 

Il-preparazjionijiet tal-festival Miss World bdew fis-7 ta’ Mejju fejn il-kontestanti kollha, fosthom ir-rappreżentanta Maltija ngħaqdu biex bdew il-vjaġġ flimkien fejn ħadu sehem f’diversi attivitajiet u qasmu esperjenzi flimkien li jinkludu Sports Challenge, Head to Head Challenge, Talent Challenge, Top Model Challenge, Beauty with A Purpose bi proġetti kbar, Multimedia challenge u diversi intervisti li saru ma’ ġurnalisti, fejn Martine Cutajar kienet parti minn dan kollhu u kisbet postha mal- finalisti ta’ talent.

Martine qed tgħaddi dan il-messaġġ b’tama u pożittivitá fejn se tkun fuq il-palk waqt is-serata finali fejn tul dawn l-20 ġurnata rat il-frott tal preparamenti għaliha. Hija qasmet magħna li huwa ta’ sodisfazzjon li ħa tkun parti mill-familja ta’ Miss World fejn għada se tagħmel l-almu kollu tagħha biex tagħmel unur għall-Maltin kollha.

It-titlu ta’ Miss World mhuwiex biss għall-isbaħ mara tad-dinja imma t-tfajla rebbieħa irid ikollha, personalitá, talent u proġetti li jirrapreżentaw lill-pajjiż taghhom dedikat għall-Beauty With A Purpose, u dik it-tfajla li jkollha l-aktar proġett tajjeb awtomatikament tkun fost l-20 finalista.

Iċ-Chairperson Julia Morley ħabbret il-120 pajjiż li ħa jkunu qed ixandru din is-serata fejn 2.2 biljun telespetattur ħa jkunu qed isegwu bħala l-akbar udjenza televiżiva.

Krystyne Pyszkova mill-Greċja, Miss World 2024, li hija mudella professionali se tkun qed tinkuruna r-rebbieħa l-ġdida Miss World 2025.

L-organizzaturi ta’ Miss World Malta li huma liċenzjati minn Miss World Sue Rossi u Claudia Calleja jingħaqdu biex jawguraw kull suċċess lil Martine Cutajar u jifirħulha għal preżentazioni tagħha. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport