Saturday, December 28, 2024

Għada nistennew l-ewwel xita mifruxa mal-pajjiż kollu

Aqra wkoll

Għal dawk kollha li ilhom ġranet sħaħ jistennew meta se jkollna l-ewwel xita mifruxa mal-pajjiż kollu, jidher li għada l-Erbgħa dan jista’ jseħħ.

Dan hekk kif roqgħa ta’ arja kiesħa fil-livelli għoljin tal-atmosfera se tilħaq iċ-ċentru tal-Mediterran aktar tard illejla.

Din se tikkuntrasta mat-temp sħun u umdu ta’ madwarna sabiex toħloq żona nstabbli. Il-fdalijiet ta’ maltemp minn fuq Sqallija se jiffaċilità dan.

Skont l-aħħar mapep tat-temp hemm indikazzjoni ċara li se jiżviluppaw ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu qawwijin u bir-ragħad kultant.

Intant, dwar it-tbassir tas-7 ta’ Settembru fejn ħafna qegħdin jgħidu li se tkun qiegħda tolqotna maltempata qalila, jidher li l-possibilità li jsir dan hu wieħed żgħir ħafna.

Ekonomija

Sport