Għada s-Sibt 26 ta’ April pajjiżna josserva Jum ta’ Luttu Nazzjonali b’tislima lil Q.T. Papa Franġisku.
Il-bnadar kollha fuq il-bini u l-uffiċini pubbliċi ser jittarju mezz’asta filwaqt li l-funzjonijiet u attivitajiet pubbliċi tal-Gvern ġew mħassra.
Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni tal-funeral tal-Q.T. Papa Franġisku ser tingħata tislima b’salut ta’ 21 tir mill-Barrakka ta’ Fuq.