Is-sitwazzjoni tat-temp għal għada baqgħet tinbidel kull tant ħin matul il-ġurnata tal-lum.
Diversi siti li jħabbru t-temp qegħdin josservaw dak li qiegħed jiġri fil-Punent il-Lbiċ ta’ Malta. Hemm indikazzjoni ċara li għada jista’ jinħoloq ċiklun Afrikan li jista’ jkun ta’ riskju kbir.
Iżda s’issa jidher li mhux se jolqotna bi ftit kilometri. Pressjoni baxxa ħafna fil-Lbiċ ta’ pajjiżna qiegħda tiltaqa’ ma’ pressjoni għolja tielgħa mix-Xlokk ta-Libja.
Siti bħal l-Aġġornamet tat-Temp qegħdin jgħidu li sistema bħal din tista’ toħloq maltempata żgħira bi ftit xita, iżda wkoll tista’ tifforma maltempata ferm u ferm akbar.
S’issa kollox qed jindika li se tinħoloq maltempata Afrikana li se tibda tifforma għada u tant kemm tkompli tintensifia li mistennija tinbidel f’ċiklun.
Jidher ukoll mill-aħħar mapep tat-temp li minħabba li pajjiżna jinsab eżatt fit-tarf ta’ pressjoni għolja li tiegħla mil-Libja, hemm probabbilità li dan iċ-ċiklun mhux se jolqota bi ftit kilometri biss.
Mhux l-istess jista’ jingħad għal diversi bliet fi Sqallija li dan iċ-ċiklun se jgħaddi minn fuqhom.
Li hu żgur però li għada filgħaxija se jkollna riħ qawwi ħafna forza ta’ rifnu mill-Majjistral. Għalhekk dan iġib kesħa miegħu u fil-fatt matul il-lejl it-temperatura mistennija li tinżel sew.
Esperti fil-qasam jgħidu li dak li qiegħed iseħħ fil-Lbiċ ta’ Malta mhux sempliċament maltempata komuni. Ma jistax jonqos li dan il-maltemp qiegħed iħasseb mhux ftit lill-bdiewa minħabba li tali elementi bħalissa jistgħu jikkawżaw ħsarat irreparabbli fix-xogħol tagħhom.