Sunday, November 24, 2024

“Għada se titlaq provvista ta’ tagħmir mediku lejn l-Ukranja” – il-PM

Aqra wkoll

“Malta kienet u se tibqa’ tgħin fosthom bil-provvista ta’ tagħmir mediku, li se titlaq minn pajjiżna matul il-jum tas-Sibt.”

Hekk ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

Dr Abela bħalissa jinsab f’Versailles Franza, flimkien mal-Mexxejja Ewropew għas-summit informali dwar l-aħħar żviluppi fl-Ukrajna.

Assigura li f’kull deċiżjoni li se jieħdu, se jibqgħu jipproteġu lill-poplu.

Is-summit informali tal-mexxejja Ewropej illum daħal fit-tieni jum tiegħu u qed jiltaqgħu ġewwa Franza biex tiġi diskussa l-kriżi tal-Ukranja. 

Il-mexxejja tal-UE urew appoġġ lill-Ukrajna iżda sostnew li ma jaqblux ma’ sħubija immedjata.

Permezz ta’ tweet, Dr Abela qal kif l-UE se tibqa’ viċin l-Ukrajna f’dan il-mument diffiċli. Żied jgħid kif l-enerġija kienet ukoll fuq l-aġenda, fejn f’dan is-settur, il-mexxejja qed jaraw li jnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija mir-Russja.

Sport