Wednesday, January 22, 2025

Għadd rekord ta’ artijiet u propjetajiet mgħoddija lil SportMalta matul l-2024

Aqra wkoll

Matul l-2024, 19-il propjetà jew artijiet għaddew mingħand l-Awtorità tal-Artijiet lil SportMalta biex din min-naħa tagħha tgħaddihom lil għaqdiet sportivi biex jiżviluppaw faċilitajiet u jtejbu s-servizzi li joffru lill-isportivi Maltin u Għawdxin.

Dan joħroġ minn tweġiba Parlamentari li l-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi ta għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Laburista, Carmelo Abela.

Mit-tweġiba jirriżulta li s-sena li għadha kif intemmet kienet l-aktar waħda li fiha għaddew propjetajiet jew artijiet lil SportMalta fl-aħħar ħames snin. Il-propjetajiet u artijiet li għaddew għand Sport Malta huma mifruxa ma’ diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex, fosthom Ħal Far, fejn hemm diversi artijiet li ġew mgħoddija sabiex tkun tista sseħħ il-wegħda tat-trakka l-ġdida.

PROPJETAJIET U ARTIJIET MGĦODDIJA LIL SPORTMALTA
SenaTotal


20199   
20216   
202212   
20235   
202419   

B’kollox, fl-aħħar ħames snin, SportMalta ingħatat xejn inqas minn 51 propjetà jew art mill-Awtorità tal-Artijiet, biex imbagħad SportMalta għaddiethom lil bosta Għaqdiet Sportivi. Dan juri l-impenn tal-Gvern biex jgħin bl-aħjar mod possibbli l-iżvilupp tal-isports fil-pajjiż.

L-2024 kienet sena impenjattiva ferm tant li SportMalta akkwistat 19-il propjetà. Bejn l-2019 u l-2023 b’kollox kienu ngħataw 32 propjetà jew artijiet għall-użu sportiv.

SENA REKORD TA’ KUNTRATTI TA’ FIDI ĊNUS GĦALL-AWTORITÀ TAL-ARTIJIET

Sadattant, minn tweġiba parlamentari tad-Deputat Laburista, Davina Sammut Hili, il-Ministru Zrinzo Azzopardi ħabbar ukoll li l-2024 kienet sena rekord għall-kuntratti ta’ fidi ta’ ċnus li saru mill-Awtorità tal-Artijiet dwar propjetajiet tal-Gvern.

Mit-tweġiba jirriżulta li fl-2024 l-Awtorità tal-Artijiet ikkonkludiet 214 il-kuntratt ta’ fidi ta’ ċnus temporanji u 288 kuntratti ta’ fidi ta’ ċnus perpetwti. Dan ifisser total ta’ 502 il-kuntratt. Fis-sentejn ta’ qabel it-totali kienu ta’ 490 kuntratt fl-2022 u 349 fl-2023.

KUNTRATTI TA’ FIDI TA’ ĊNUS 
SenaĊnus TemporanjiĊnus PerpetwiTotal
2022209281490
2023145204349
2024214288502
Totali5687731341

L-Awtorità tal-Artijiet fl-aħħar sena tat spinta qawwija lejn aktar diġitilazzazzjoni tas-sistemi tagħha u għaddej proċess ta’ skennjar tal-files kollha tal-Awtorità. L-Awtorità qiegħda toffri għadd sostanzjali ta’ servizzi online biex il-pubbliku issa jista’ japplika b’mod elettroniku għall-iskemi kollha li qegħda toffri l-Awtorità. Fil-fatt, minn ftit xhur ilu ‘il hawn, is-sistemi kollha fl-Awtorità tal-Artijiet huma paperless.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport