Saturday, November 9, 2024

Għadd ta’ players ta’ Manchester United se jkollhom il-pagi tagħhom jonqsu sa 25% fl-istaġun li ġej

Aqra wkoll

Għadd ta’ players ta’ Manchester United se jkollhom il-pagi tagħhom jonqsu sa 25% fl-istaġun li ġej wara li l-club naqas milli jikkwalifika għaċ-Champions League.

It-tamiet żgħar tar-Red Devils li jiksbu post mal-ewwel erbgħa ġew mitmuma darba għal dejjem is-Sibt meta telfa ta’ 4-0 kontra Brighton & Hove Albion ħalliethom ħames punti ‘l bogħod mill-postijiet taċ-Champions League meta fadlilhom logħba waħda biss għal tmiem il-kampjonat.

It-telfa, li l-manager temporanju tar-Red Devils Ralf Rangnick iddeskriva bħala “terribbli” u “umiljanti”, tfisser ukoll li Manchester United issa huma ggarantiti li jtemmu l-istaġun bl-inqas punti fl-era tal-Premier League.

L-istruttura tal-kuntratti tal-players f’Old Trafford tfisser li l-istaff tal-players se jara l-pagi tagħhom maqtugħin minħabba n-nuqqas tagħhom li jikkwalifikaw għall-post fiċ-Champions League.

Li tilfu post fiċ-Champions League għandu effett effett sinjifikanti fuq il-finanzi, bl-Europa League jew l-Europa Conference League iġibu magħha għotjiet finanzjarji u anke dħul mix-xandir tal-logħbiet sostanzjalment aktar baxxi.

Sport