Friday, December 13, 2024

Għadd ta’ refuġjati minn Mariupol jinsabu fi triqithom lejn il-Lviv

Aqra wkoll

Fl-istazzjon tal-ferrovija ta’ Zaporizhzhia, dalgħodu kien hemm għadd ta’ refuġjati Ukreni minn Mariupol lesti biex jitilqu lejn il-Lviv.

Sakemm qed jistennew il-ferrovija, dawn ir-refuġjati qed jingħataw xi ikel u xorb sabiex jitrejqu ftit qabel ma jerħulha għad-destinazzjoni l-ġdida.

Numru ta’ voluntiera jipprovdu ikel u xorb lir-refuġjati Ukreni. Ritratt: BBC

Uħud minn dawn l-individwi tkellmu mal-ġurnalisti tal-midja Ingliża BBC, fejn stqarrew li m’għandhomx idea tat-tip ta’ ħajja li hemm tistenniehom fil-belt ta’ Lviv; jekk hux se tkun aħjar mill-esperjenza tagħhom f’Mariupol jew agħar.

Iktar kmieni din il-ġimgħa saret intervista mill-BBC ma’ wieħed mill-eks residenti ta’ Mariupol, Roman Skyliarov, fejn tkellem dwar ix-xettiċiżmu li qed isaltan fost bosta residenti ta’ Mariupol. Huwa ddikjara li dan ġej mill-fatt li l-Ukreni li jinsabu f’Mariupol m’għandhomx aċċess għall-internet u għalhekk mhux qed ikunu aġġornati dwar is-sitwazzjoni tal-bliet l-oħra fl-Ukrajna.

Ekonomija

Sport