Sunday, November 24, 2024

Għadd ta’ Ukreni qed jibżgħu jitilqu minn Mariupol

Aqra wkoll

Eks resident ta’ Mariupol, Roman Skyliarov, f’intervista mal-BBC stqarr li n-nies huma xettiċi dwar jekk għandhomx jitilqu minn Mariupol minħabba l-biża’ li jekk imorru jgħixu f’partijiet oħra tal-Ukrajna se jerġgħu jispiċċaw fl-istess ilma: “Qed jaħsbu li dak li qed iseħħ f’Mariupol qed isir f’kull post fl-Ukrajna”. 

Intant, huwa jgħid li jaf bosta residenti li lesti jibqgħu jgħixu f’Mariupol, fosthom nanntu stess.

Skyliarov spjega li r-raġuni għal dan it-tħassib ġejja mill-fatt li dawn ir-residenti mhumiex infurmati sew dwar it-tip ta’ ħajja li hemm tistenniehom f’partijiet oħra tal-Ukrajna minħabba li allegatament m’għandhomx aċċess għall-internet.

Minkejja li l-Ukreni ripetutament mhux qed jirnexxilhom jirranġaw sabiex jorganizzaw grupp ta’ xarabanks għal din l-operazzjoni, l-isforzi jkomplu sabiex l-evakwazzjoni ta’ dawn ir-residenti tkun suċċess.

Sport