“Naħseb naf taħt il-baħar xi kultant aktar mit-toroq ta’ Malta. Ilni nogħdos madwar 40 sena, iżda dawn l-aħħar 15-il sena l-iskart żdied sew”. Iddikjara dan Raniero Borg f’kumment lill-Moviment Graffitti.
L-għaddas sostna li qabel Kemmuna kienet meqjusa bħala ġenna tal-art, iżda li jekk ma noqogħdux attenti se nispiċċaw nitilfu s-sbuħija tagħha.
Huwa tkellem dwar l-iffullar fuq Kemmuna u l-irresponsabbiltajiet tal-iskart li jitħalla kemm fil-baħar kif ukoll fuq l-art. Huwa qal li l-iskart jibda minn fuq l-art, iżda meta dan jitħalla bl-addoċċ jinġarr minn fuq il-blat għal fuq il-baħar.