Sunday, December 22, 2024

Għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-bandli tal-Imdina

Aqra wkoll

Ix-xogħol fuq il-bandli tal-Imdina miexi ġmielu, hekk kif tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u  l-Proġetti Kapitali Ian Borg waqt żjara li saret, fejn ġew segwiti x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa mid Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan l-istess Ministeru. 

Il-Ministru Ian Borg qal, “Dawn il-bandli huma sinonimi ma’ bosta familji Maltin li xi darba jew oħra żgur li  żaru dan il-post sabiħ flimkien ma’ uliedhom. Għaldaqstant qegħdin naraw li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet se  nkunu qed noffru spazju miftuħ ieħor iktar sigur u mgħammar bl-aqwa playing equipment għat-tfal tagħna.  F’dawn l-aħħar snin, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq ħidma estensiva li tvarja minn proġetti  komunitarji sa dawk nazzjonali bħalma hu il-Malta National Park.” 

Il-bandli l-antiki ġew maqlugħa u bħalissa għaddejjin xogħlijiet li jinkludu skavar, servizzi ta’ taħt l-art,  pavimentar, tqegħid ta’ railings u xogħol ieħor fuq sistema ġdida ta’ drenaġġ kif ukoll tal-ġbir tal-ilma. Il-bankijiet  li kien hemm inqalgħu u tpoġġew f’ġonna oħra hekk kif kien suġġerit mill-Kunsill Lokali tal-Imdina. 

Ix-xogħol fuq il-bandli tal-Imdina huwa stmat li ġej jiswa’ madwar €1.4 miljun u mistenni jkun lest sal-ewwel  ġimgħa ta’ Mejju 2022.

Ekonomija

Sport