Wednesday, December 25, 2024

Għaddej xogħol preparatorju għal proġett ta’ parkeġġ taħt l-art viċin żoni tal-ferries

Aqra wkoll

Huwa tkellem ukoll dwar it-tranżizzjoni lejn trasport pubbliku u privat iktar nadif. Qal li fil-budget għas-sena d-dieħla, qed jindiirizzaw l-isfidi li qed iġġib magħha d-domanda fl-infrastruttura b’miżuri li jsaħħu l-effiċjenza, itejbu l-aċċessibilità u jgħinu lil Malta timxi lejn sistema ta’ mobilità aktar moderna.

Huwa ħabbar li għaddej xogħol preparatorju għal proġett ta’ parkeġġ taħt l-art viċin żoni tal-ferries u qed isaħħu l-infrastruttura tal-portijiet u l-mollijiet biex jitkompla x-xogħol fil-Port il-Kbir u d-Deep Water Quay.

Mis-sena d-dieħla l-iskema għax-xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku se tiġi estiża u kull min jixtri vettura ġdida, inkluż muturi, li jaħdmu bl-elettriku se jkun intitolat għal għotja li tvarja bejn massimu ta’ €2,000 għal muturi u sa massimu ta’ €8,000 għal karozzi u vannijiet żgħar, b’xi kundizzjonijiet ġodda li se jkunu applikaw.

Se tingħata wkoll l-għotja tal-iskrappjar ta’ vetturi antiki, €1,000 għal karozzi u vannijiet. Il-Gvern qiegħed jintrabat ukoll li meta klijenti jkunu ordnaw karozza elettrika ġdida sat-28 ta’ Ottubru 2024 iżda għal xi raġuni mhux se tkun reġistrata fl-2024, se jkunu qed jiġu onorati dawn il-kuntratti u dawn se jkunu eleġibbli li japplikaw għall-għotja attwali ta’ €11,000 ta’ din is-sena anke jekk il-karozza tkun reġistrata fl-2025.

Il-Gvern se jkun qiegħed jippubblika strateġija nazzjonali li tiffoka fuq iċ-ċikliżmu bħala mezz alternattiv ta’ kif wieħed jivjaġġa filwaqt li se jiġi implimentat l-ewwel fażi tal-proġett CSAM (Connections for Safer Active Mobility) li jinkorpora interventi bħall-ħolqien ta’ passaġġi għar-roti kif koll passaġġi pedonali u żoni ta’ tisbiħ f’żoni urbani.

Il-Gvern se jkun qiegħed ukoll jinvesti fit-teknoloġija magħrufa bħala “Intelligent Traffic Management System” li tikkontribwixxi sabiex ikun hemm ottimizzazzjoni tal-influss tat-traffiku.

Barra minn dan, il-Gvern qiegħed iħares lejn numru ta’ proposti li jistgħu jitwettqu fi żmien qasir bil-għan li tittaffa l-konġestjoni, speċjalment fil-peak hours.

Il-Ministru Caruana tkellem ukoll dwar l-immaniġġjar tal-iskart. Kien hawn fejn semma kif ftit xhur oħra se tkun bdiet tinbena faċilità ġdida li se tkun qed tissepara skart goff li jidħol imħallat.

Bis-saħħa ta’ din il-faċilità se nkunu qed inaqqsu madwar 47,000 tunnellata ta’ skart milli jispiċċa fil-miżbla u minflok se nkunu qed nirkupraw minnu materjali riċiklabbli, bħal metall u injam biex minnhom noħolqu riżorsi ġodda.

Il-Ministru għall-Finanzi tkellem dwar kif se jitħaddru l-lokalitajiet. Qal li f’sentejn biss, permezz ta’ Project Green, Ambjent Malta u GreenServ inħolqu aktar minn 105,000 metru kwadru ta’ spazji miftuħa kif ukoll tħawlu ‘l fuq minn 26,000 siġra.

Il-Ministru Caruana qal li din is-sena Project Green intervjeniet fuq 11-il wied biex dawn l-ispazji miftuħa jkunu siguri u anke jitnaddfu minħabba l-ilma tax-xita. Qal li dan ix-xogħol jestendi wkoll fuq siti ta’ Natura 2000 kif ukoll żoni ta’ konservazzjoni. Ħabbar li din is-sena żdiedu wkoll 4 siti ġodda ta’ Konservazzjoni ta’ Importanza Nazzjonali.

Is-sena d-dieħla se jinfetħu aktar spazji ġodda fosthom iż-żona potenzjali għal żvlupp f’Ħal Luqa, Ħal Lija, San Ġiljan u Ħal Kirkop. Dan ifisser 8,000 metru kwadru ta’ spazji għan0nies fil-qalba tar-raħal. Dawn huma parti minn 19-il proġett li Project Green mistennija tiftaħ is-sena d-dieħla.

Sigurtà

Il-Ministru waqt id-diskors tiegħu ħabbar li s-sena d-dieħla se jiġu nnegozjati ftehimiet settorali ġodda għall-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u anke tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Dwar il-korp tal-Pulizija, fil-budget intqal li s-sena d-dieħla se jiġi estiż l-Pulizija tal-Komunità mal-pajjiż kollu kif ukoll se jitnieda l-Police Patrol and Comunity Support Officers. Ħabbar li hemm il-pjani li s-sena d-dieħla se jinfetaħ it-tieni hub għall-bittmi tal-vjolenza domestika fl-Imtarfa. Se jiddaħlu aktar miżuri favur il-vittmi ta’ vjolenza domestika fosthom l-introduzzjoni ta’ servizz ta’ wens.

Caruana qal ukoll li l-pajjiż se jibda jaħseb biex ikun mgħammar bl-aħjar mod possibbli anke meta jiffaċċja diżastru naturali, u fil-fatt dwar dan inħoloq kumitat biex jevalwa x-xenarji kollha.

Riforma ċentrali oħra għas-sena d-dieħla se tkun dik marbuta mal-Qorti tal-Familja kif ukoll ir-riformi fil-kumpilzzjonijiet u l-inkjesti. Hawn il-Ministru Caruana elenka d-diversi proġetti li saru u se jkunu qegħdin isiru biex tisaħħaq il-qasam tal-ġustizzja fil-pajjiż.

Settur tal-Kostruzzjoni u tal-Proprjetà

Il-Ministru Caruana ħabbar li fiż-żmien li ġej se jkun hemm kollaborazzjoni bejn l-entitajiet kollha li jħaddmu dan is-settur u anke f’dak li għandu x’jaqsam mal-infurzar.

Il-BCA se tkompli wkoll taħdem fuq aktar servizz li joffru għajnuna tanġibbli. Se jkunu mnedija aktar intizzjattiv fosthom l-ismeka Irrinova Darek biex familji bi dħul baxx jew medju jkunu megħjuna b’aktar enerġija sostenibbli u effiċjenti.

Dwar l-OHSA se tkun qiegħed tiftaħ ċentru f’Għawdex biex toffri servizz aħjar. Qal li għaddejja ħidma biex tiġi fis-seħħ struttura ġdida tad-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar.

Aktar minn hekk se tiġi estiża għal sena oħra l-inċentiva fiskali għal propjetà isbaħ għal dawk il-perusni li qed jixtru jew ibiegħ dar li ilha mibnija aktar minn 20 sena u ilha vakanti għal aktar minn 7 snin. Dawn jinkludu eżenzjoni tat-taxxa tal-Capital Gains u t-Taxxa tal-Boll fuq l-ewwel 750,000 ewro, iffrankar tal-VAT sa massimu ta’ 54,000 ewro fuq l-ewwel 300,000 ewro fi spejjez ta’ restawr u għotja ta’ 15,00 ewro f’Malta u 40,00 ewro f’Għawdex għal first time buyers ta’ dawn il-propjetà.

Drittijiet ċivili

Il-Ministru Caruana ħabbar li s-sena d-dieħa se jibda l-proċess għar-rinovar ta’ post tal-Gvern fil-Belt bies iservi ta’ hub biex jipprovdi diversi servizzi psikosoċjali għall-membri tal-komunità LGBTIQ+ u anke lill-familji tagħhom.

Miżura oħra li se tiddaħħal hi li se titneħħa l-inġustizzja li nisa Maltin ikollhom iħallsu taxxa fuq prodotti sanitarji li huma essenzjali għal saħħithom. Se tiġi eliminata it-taxxa fuq il-prodotti sanitarji billi titneħħa l-VAT. Dan jgħoddu koll għal mediċina għan-nisa relatati mal-fejqan tal-marda tal-kanċer.

ll-Ministru għall-Finanzi ħabbar li se tkun qiegħda titwaqqaf aġenzija dwar konsultazzjoni pubblika u riċerka li tolqot l-imsieħba soċjali. Ħabbar ukoll li se jinħatar Kap Eżekutiv għall-MCESD biex titmexxa b’mod aktar effettiv.

Arti u kultura

Dwar dan is-settur tkellem dwar id-diversi affarijiet u inizjattivi li saru fosthom l-Biennale tal-Arti ta’ Venezja. Ħabbar li se jsiru aktar proġetti ta’ restawr fosthom f’Villa Portelli, il-Palazz tal-Inwiżitur, il-Katakombi ta’ San Pawl u t-Teatru Manoel. Se jitkompla wkoll il-bini tal-Mużew ta’ Għawdex.

Relazzjonijiet Internazzjonali

Hawn ukoll semma l-ħidma kbira li saret fl-aħħar snin fil-qasam internazzjonali.

Ħabbar li Malta se tkun qiegħda tilqa’ l-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi kollha fi ħdna l-OSCE f’Summit tal-Ministri. Qal li dan is-summit se jsir bejn l-4 u s-6 ta’ Diċembru li ġej.

Il-Ministru qal ukoll li bejn Mejju u Novembru tas-sena d-dieħla Malta se tkun tippresiedi l-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu.

Ekonomija

Sport