Thursday, April 2, 2026

Għaddejja Reviżjoni Konġunta tal-Integrità dwar allegati irregolaritajiet ta’ mħatri fil-Kampjonati Ewropej tal-Water Polo ta’ Belgrad

Aqra wkoll

Allegazzjonijiet ta’ attivitajiet irregolari ta’ mħatri matul il-Kampjonati Ewropej tal-Water Polo li saru f’Belgrad f’Jannar bħalissa qed jiġu riveduti. European Aquatics tixtieq tenfasizza li tittratta l-kwistjonijiet kollha relatati mal-integrità fl-isport bl-akbar serjetà.

Għal raġunijiet ta’ trasparenza u biex tissalvagwardja r-reputazzjoni tal-waterpolo, l-Unitajiet tal-Integrità ta’ World Aquatics, European Aquatics, u l-ASA Malta se jaħdmu f’kollaborazzjoni mill-qrib matul il-proċess ta’ investigazzjoni, wara ftehim ċar bejn il-partijiet kollha.

L-Unità Indipendenti tal-Integrità tagħna bħalissa qed tirrevedi l-informazzjoni disponibbli f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aquatics Integrity Unit u l-ASA Malta, taħt it-tmexxija tal-president tagħha, Karl Izzo. European Aquatics irrikonoxxiet il-kooperazzjoni u d-diliġenza tiegħu f’din il-kwistjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport