Il-preparamenti għat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu għaddejjin ġmielhom. Il-festival se jittella’ nhar is-Sibt 3 ta’ Awwissu fid-20:45 fi Pjazza Teatru Rjal bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown.
L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 51 sena ilu ġewwa l-belt Valletta. L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh żgħażagħ kif wkoll artisti ta’ esperjenza li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.
Il-kanzunetti finalisti tat-48 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu huma:
Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)
01. Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella)
02. Daqqa ta’ Pinna – Cherylis (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna)
03. Jiena Missier – Dominic Cini (Etienne Micallef, Philip Vella)
04. Straight – Lon Kirkop (Kantawtur)
05. Bil-Jekk u Bil-Jewilla – Thea Gauci (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
06. Fissidni – Dario Bezzina (Kantawtur)
07. Munita B’Żewġ Uċuħ – Kayley Cuschieri (Paul Ellul, Mark Scicluna)
08. Tgħanniqa – Leontine (Etienne Micallef, Dominic Cini)
09. Kanna Kanun – JAMM Band (Mark Cachia)
10. Dik L-Id – Jasmine Farrugia (Paul Ellul, Aldo Spiteri/ Bradley Spiteri/ Liam Spiteri)
11. Nafu Nħobbu Wkoll – Anna Azzopardi (Joe Julian Farrugia, Mark Spiteri Lucas)
12. Il-Poeta ta’ Ftit Kliem – Mark Tonna (Etienne Micallef, Dominic Cini)
13. Namra – Florence Aquilina (Kantawtur)
14. Inkiss Inkiss – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella)
15. Għażiża – Laura Bruno (Mark Spiteri Lucas)
16. Qsamt it-Triq – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant)
Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena huma Renato Micallef li se jingħata rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-kamp mużikali Malti kif ukoll l-kantant tal-kanzunetta rebbieħa tal-2023 – Christian Arding. Il-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda se jkunu l-preżentaturi ta’ din l-edizzjoni.
Bilejtti jistgħu jinkisbu minn: www.ticketline.com.mt . Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghanjatalpoplu.org.
Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja L-Għanja tal-Poplu b’ kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal.
L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.