Saturday, April 19, 2025

Għadha kemm waslet lura mir-restawr il-Vara artistika ta’ Kristu Rxoxt fil-Bażilika tar-Rabat 

… dan sabiex għada filgħodu ddur mat-toroq tar-raħal

Aqra wkoll

Il-Purċissjoni toħroġ għada filgħodu mill-Kolleġġjata Bażilika u Proto-Parroċċa ta’ San Pawl tar-Rabat wara l-Quddiesa tad-9am fejn tkun akkumpanjata mill-Arċikonfraternità tas-Santissmu Sagrament A.D. 1575, għadd ta’ personaġġi bibbliċi u l-Banda Konti Ruġġieru li ddoqq valzi tal-Għid tul il-Purċissjoni.

Il-Vara mill-isbaħ u artistika tal-Irxoxt tal-Parroċċa tar-Rabat saret mill-istatwarju Wistin Camilleri Cauchi fl-1916 u fiha erba’ personaġġi, żewġ sultdati, anġlu u Kristu rebbieħ fuq il-mewt. Il-vara ġiet irrestawrata min-neputi ta’ Wistin, Aaron Camilleri Cauchi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport