Friday, November 15, 2024

“Għadna nemmnu li Madeleine għadha ħajja u daqt inkunu magħqudin flimkien”

Aqra wkoll

Din il-ġimgħa l-każ taċ-ċkejkna Madeleine McCann ħa żvolta ġdida, hekk kif ninsabu ftit jiem ‘il bogħod milli jitressaq Christian Brueckner, is-suspettat ewlieni fl-għejbien tat-tifla.

Fl-ewwel kummenti li taw lill-midja, il-ġenituri ta’ Madeleine McCann saħqu li huma jinsabu infurmati mill-awtoritajiet Portugiżi, Ġermaniżi u Ingliżi b’dak kollu li qiegħed jiġri. Il-ġenituri komplew jgħidu li minkejja li ċ-ċansijiet huma remoti, għadhom jemmnu li binthom hija ħajja u li daqt “se nerġgħu nkunu magħqudin flimkien.”

Il-każ imur lura għat-3 ta’ Mejju tal-2007, meta l-ġenituri taċ-ċkejkna, Kate u Gerry McCann flimkien ma’ Madeleine kienu vaganza fil-Portugall. Madeleine ta’ tliet snin kienet tħallit fil-kamra tas-sodda waqt li l-ġenituri tagħha marru jieklu. Kien hawnhekk fejn Madeleine sparixxiet u qatt ma dehret aktar.

Ekonomija

Sport